Il-Brodu hija rock band mhux dixxiplinata b’elementi minn stili oħrajn bħall-funk, il-blues u d-doom metal, li jkantaw bil-Malti u ġieli bl-Ingliz. Huma ddebuttaw fil-Lissen Festival fi sena 2012.

Fil-banda hemm iz-Zizza(kitarra u kant), il-Fre(bass), id-Drinu(kitarra u kant), Samwel(pjanu u kant) u Chris(drums u kant). L-Influwenzi mużikali tal-Brodu huma: Verdena, Beatles, Mac DeMarco, Bob Marley, Black Sabbath, Led Zeppelin, il-bossa nova u ħafna iktar.

Il-Brodu irrekordjaw l-ewwel album tagħhom imsejjaħ Ħabullabullojb ġewwa t-Temple Studios fil-Mistra bi produzzjoni ta’ David Vella. L-album ġie mniedi ġewwa r-Razzett l-Aħmar fil-Mosta nhar l-14 ta’ Novemberu 2014.

It-tieni album imsejjah Tfejt gie irrekordjat ġewwa t-Temple Studios fil-Mistra bi produzzjoni ta’ David Vella, u ġie mniedi fid-9 ta’ Lulju 2017 ġewwa St James Cavalier il-Belt Valletta.

Fi tmiem is-sena 2017, il-Brodu reggħu daħlu t-Temple Studios biex jirrekordjaw żewg diski ġodda bi produzzjoni ta’ David Vella, li gew imniedin il-Ħadd 22 ta’ April 2018 waqt ‘Rock The South’ bħala EP taħt l-isem Intimita’.

It-tielet album bl-isem ‘Blu’ ġie irrekordjajt bejn l-2019 u l-2020 u mniedi onlajn fil-15 ta’ Frar 2021. L-album għandu produzzjoni, recording, mixing u mastering minn David Vella ta Temple Studios.