Intimità

Intimità,
Hi ħaġa li kulħadd irid.
Is-sid mal-kelb, kif ukoll il-kelb mas-sid.
U jekk għalija għandek ftit,
Irrid.

Intimità,
Refuġju mit-taħbit ta’ kuljum.
U daqsxejn fsied, mhux se jħassar lil dak li jkun.
U jekk f’ħajtek għandek bżonn iljun,
Inkun.

La tibqax tfittex aktar, għandi post għalik.
Noffrilek kenn minn barra.
Qalbi ntik.
Naraw it-televixin tard fuq is-sufan.

Fuq ix-xandir: Kolesterol għall-qalb ħażin.
Jien ħlejt wisq ħin.
Tlaqt nimla l-vojt b’borma għaġin.

X’hemm isbaħ mill-kuntatt uman!
Kemm ħlejt ħin waħdi jien, baħnan!

****************************

Kif se nagħmlu ‘żiż?

M’hemmx wisq xi tgħid.
Dħalt fi sqaq u dlonk insib ħajt.

M’huwiex każ ta’ disprar.
Min jaf kemm haw’ nies li raw agħar!

Mhux irrabjat, biss taf kemm issawwatt u qattajt blat.
Strajk! Strajk tal-ġuħ! Uri wiċċek! Taf li nagħmluh!

Int taf, int taf li ħallejt vojt.
Int taf, int taf li qatt ma kont.
Kont qiegħed nitkellem mal-ħajt!
Kemm iż-żikk domt biex indunajt!

Min se jieħu it-tmun? U x’jiġri la l-baħar iqum?
Kif se nagħmlu ‘żiż? Jaqaw din ċajta? Għax naf li inti brikkun!

Taf li m’hemmx int! – Arja, imlieli l-vojt fil-pulmun.
Naf, stennejt wisq – Qalbi, ippompja d-demm ħalli nkun.

Min se jieħu it-tmun? U x’jiġri la l-baħar iqum?
Kif se nagħmlu ‘żiż? Jaqaw din ċajta? Għax naf li inti brikkun!

Taf li m’hemmx int! – Arja, imlieli l-vojt fil-pulmun.
Naf, stennejt wisq – Qalbi, ippompja d-demm ħalli nkun.
Rajt li hemm baħħ – Elettriku, spara ma’ kullimkien.
Xiex? Verità? – Nervi, wasslu fil-moħħ biss il-ġmiel.