Kung fu karate (Fredu Abela, il-Bamboċċu)

Kont miexi Birkirkara
San Pawl, it-triq tal-wied
Bdejt nisma’ ħafna storbju
Fejn is-soltu jkun hemm kwiet

Il-kurżità għelbitni, ridt nara x’il-imniefaħ haw’
Il-kung fu w il-karati sibthom jien qed jittrenjaw

Jgħajtu u jagħmlu l-mossi għax veru bulijiet
Min jiġġieled b’idu miftuħa u min jgħaqqad il-ponnijiet
Kemm bdew l-idejn jitferfru!
Kemm bdew jogħlew saqajn!
Tal-black belt jgħajjat magħhom, xi jrid?
Jisma’ il-KIJAJ!!!!

Kung fu! Karati!
Kung fu! Karati!
Jamem! Jamżuki! Mawetta ġxu tanuki
Ħuss! Ħa!

Beda jdawwar il-ktajjen, bil-lembubi kemm kien smart!
Xi wħud jogħlew mas-saqaf, u oħrajn jissabbtu mal-art.
Min jittrenja l-blocking, min jittrenja l-kicks, min beda l-injam jaqsam, min beda jfarrak il-brikks!
Kulħadd jgħajjat u jwerżaq! X’mossa jaf kif inhi.
Min il-Big Boss jistħajlu, min jistħajlu Bruce Lee.
W għallmuni d-daqqiet nagħti, daqqiet qishom tal-azzar, għax noqtol bil-leminija w bix-xellugija għall-isptar!

Kung fu! Karati!
Kung fu! Karati!
Jamem! Jamżuki! Mawetta ġxu tanuki
Ħuss! Ħa!
Ħuss! Ħa!
Ħuss! Ħa!
Ħuss! Ħa! Ħa! Ħa! Ħa! Ħa! Ħa!
ĦA!!!

****************************

Ti tupa rititero (feat. Peklektru, Żdong Wesq, Danjeli u ċ-Chalee)

Zizza
Min jiena? Min inti? X’se nitrattaw f’dil-kanzunetta? Nistgħu nitkellmu dwar elf ħaġa; mil-gwerra bierda sal-furfiċetta, jew dwar Ċetta, il-Volkswagen Jetta, jo l-katarretta f’għajn il-leminija ta’ Netta.
Ili naħseb x’għandha tkun it-tema, ’mma li jgħodd hu l-groove! Dwar suġġett ma nafx…in-newroni mħabbla qishom kobba suf, imm’ ara r-ritmu xi sbuħija! Kollox jaqa’ f’postu qishom il-pistons ta’ ferrovija!
Ejja nħallu s-sens tal-kliem fil-ġenb u niffukaw fir-ritmu li qed jintiseġ qisha xkora tal-hemp, bil-Malti qanneb, w jekk ’ed tismagħna w dejjaqniek id-diska qalleb, ibdel il-band, u jekk tassew qabżitlek qum u agħmel handstand. U issa ninterpella ’l Peklektru; fin fin jgħaddi mar-ritmu qisu spettru minn ġol-ħajt, u jekk nieħu over u ma ntihx spazju, naraha naqra taċ-ċajt.

Ti tu parititero / Ti tu pari titero

Peklektru: Haw’ Zizza, ħa jkolli nibda bil-fehma li diska f’dil-vena għandu jkollha tema. Kif jista’ jkun inħarbxu kelmtejn, jew mitejn, u ngħidu ħafna w fl-istess nifs ma nkunu għedna xejn? Għajb għalina jekk din l-istedina li nżerżqu mar-rima tagħlima nħalluha tgħaddina! Qisek qed tgħidli Danjeli ġej Malta għall-Milied u mhux se jtina p…..arty, u dina għal dawk bil-għatx għal messaġġ arah ġej iqattar l-għerf qisu bozza tal-elf ….mitfija….Ijja għax il-baxx tost wisq! X’gost fih Chalee irranġana għall-frisk!
Mela mument ta’ silenzju, għal dan in-narratur, forċina jakkumpanja l-istrumenti jfaqqgħu ritmu tant cool. Għax il-punt jekk ma ntbaħtux hu li l-groove jitkellem aqwa meta l-groove jitkellem waħdu hux!

Ti tu parititero / Ti tu pari titero

Żdong Wesq
Haw’ Żiż, isma’ naqa l-Brodu x’naqa’ G Funk faqqgħulna! Ejja naqa’ ’l haw’ araw intomx se tagħmlu din bħalna! Rimi laqqas jagħmlu sens imma Kus kulħadd qisu jgħidlek imma “ijwa hemm sens” daqslikieku hemm Sens(imina) fid-disgħinijiet (kont għadek fjuuraa) warrab naqa ’l hemm jibqgħu jitremblu l-istess affarijiet.
Nifs ’il ġewwa, nifs ’il barra!
Tuppa riti ttero! Ssa!
Ara naqa kif ’ed nixxejru! Mingħajr ma jibagħtuna (nixxejru), jilagħbuha li ’aqqas jafuna!
Tuppa rititeru, nippruvaw nagħmlu diski li jibqgħu jinstemgħu wara li nitmermru.
W il-ħaġa tibqa’ iktar muħġaġa, għidli naqa din l-imniefaħ logħba kif trid tilgħabha? Għax inkella tintlagħab!! Żgidi! Ħaġa muħġaġa.
U hekk nispiċċaw trab.

Ti tupa rititero
Xi l-lostra tkun dil-kelma, dit-ti tupa rititero?

Kelma stramba immens! Ma tagħmilx sens.
Mhux nifhem jien. Mhux tifhem inti.

Danjeli:
Haaaaaaaaaw’ Żiżża xi trid??
Aqbad il-kitarra u doqqilna ftit. Nieħdu tazza te, jew kikkra nbid, jew flixkun, jew gallun ….ara int xi trid!
Ser ngħidlek kelma t’iblah u mhux tal-għorrief:
Il-ħajja kulha f’daqqa u tagħmel xejn ħlief….tniiik!
Jew insomma li trid. Kemm għat-telgħa, kif għan-niżla, ħu kollox ftit ftit, jew ħu t-Tupparitteru!
Agħmlu mal-ħobż, tajjeb kemm mad-diqa, mal-ferħ u mal-gost. Tupparitteru! Kelma bla sens; ngħidha bil-qalb kollha għax inħobbok immens! Tupparitteru! Diska għall-gost! Minkejja l’għandna x’nagħmlu għal kollox hemm post. Tupparitteru! Kontra l-ambjent, il-bebbuxu wisq malinju trid toqgħodlu attent!!!

****************************

Kusksu clan (feat. Peklektru)

Zizza:
Irrid nibqa’ iblah, ma rridx nikber. L-unika espansjoni f’żaqqi għax nismen.
Tini s-synthesizers, ir-Rhodes tad-Delli, pedali kull kulur; ġugarelli.
Il-kont fil-bank dejjem iqarreb lejn iż-żero. La mmutu flus mhux ħa nieħdu magħna, veru?
Forsi wieħed jgħid dan atteġġjament infantili. Forsi suppost naf aħjar wara tant mili.
Ġriewi mhux se nrabbi, għandi bżonn min irabbini, għandi bżonn tmigħ bl-imgħarfa, xi ħadd li l-ħalib jisqini. Kemm hi kkumplikata l-ħajja illi ngħixu fiha! Peks: “Żommha sempliċi”
Eħe, iktar faċli tgħidha minn tagħmilha!
Le ma rridx nixrob kafè morr tal-Ġimgħa l-Kbira, agħmlu iswed tnejn zokkor, bl-aniżetta ħa nerħilha nħarbex xi ħaġa għal din il-kanzunetta fqira, qisha s-soppa tal-armla jo t-toqlija.

Kusksu clan – madwar il-mejda niżfnu
Ma’ sħabna Indrì, Mario u Vishnu
Kusksu clan – haw’ kamp tal-ferħ u l-għaqda
Iġbed siġġu ’l haw’ u kul magħna

Peklektru:
Xi rrid? Irrid nisma’ l-bass u l-beat, u forsi nżid xi qatra iktar f’dit-tazza nbid. Affarijiet żgħar, affarjiet kbar bħal kliem ta’ ħsieb bejn il-ħbieb x’nixtarr.
Nistqarr ma rridx żjarat l-isptar, kurrenti vjolenti, dulluvju mrar, għal ftit, imqar sa ma nasal id-dar, intajjar iċ-ċpar u nista’ nerġa nibda nara ċar.
Nieħu aperittiv! Lesti diġestiv! Nisbaħ kmieni xorta meta nkun bil-liv. Inkun produttiv. Indoqq xi riff kattiv jew inċaqċaq ir-reggae ma’ bass line kbir u kif!
Irrid noqgħod nikkummenta u nilgħab bil-kliem, insolvi l-wordle f’waħda forsi kull erbat ijiem. Irrid ingawdi l-bużullotti tal-Babà u t-Totti u ngħożż kull sekonda biż-żgħira togħxa f’ħoġri.

Kusksu clan – fl-emblema tagħna l-werqa randa
Suldati tal-azzar taparsi banda
Kusksu clan – aktar paroli w inqas xogħol, aktar ħlewwa minn morr, u jekk imtaqqal ngħinuk iġġorr!

Peklektru:
Isma’ Drin, isma’ din: driin driin l-iżvejlarin qed jerġa juri l-ħin ħażin. F’ħakka t’għajn għaddiet kwarta, siegħa wara għaddew is-snin, kulma jmur il-ħajt isir mużajk bis-santi tal-mejtin. Ma rridx naħli l-ħin f’xi ħmerija papali, idjoziji burokratiċi statali u regoli banali. Nixtieq imma għal darba naqbad dirett “jekk trid tkompli bil-Malti”…qabbad sigarett. U isma’ sittin darba l-istess loop tas-sinfonija, isma’ sittin darba l-istess loop tas-sinfonija, stenna sittin darba sa ma tinqered bl-istennija u ijja mank għal darba nġibha żewġ mal-bank!
Noħlom b’dinja ġusta, dinja aktar onesta, dinja lesta tkun prudenti u tigglorifika s-sjesta.
Bi mnieħri fil-ħamrija naħsad il-ful, is-saħħa, ir-risq u l-hena ma’ platt kusksu!

****************************

Ħafna karozzi

Ħafna karozzi ġejjin ’l hawn u ’l hemm
Karozzi lil hawn, u ’l hemm, lil hawn

Tgħaddi Ford Escort armata / qalbi żarmata / il-ħġieġ bit-tinted / moħħi meta tgħidli x’inti u ma nifhmekx.
Bil-lajma l-Honda 70 / jien inkoerenti, int anzjuża / il-Hayabusa jgħaddi mqaċċat qisu l-weekend / qalb jien imperfett.

L-Isuzu kif jifga ’l Alla / inniżżel u ntalla’ / riħ it-Toyota u jien bir-rota mitluf f’moħħi, naqdef u mhu qed nasal imkien.
Trakk iteptipli biex naqsam / għadni mwaħħal / ġgant ġentili / f’riġlejja l-mili imma qalbi donnha għadha bir-running-in.

Fuq id-dashboard santa u sigaretti, nitfa’ s-CD tal-Violets u nsuq bl-autopilot, fej’ sejjer?
X’gost imwaħħal nisma’ d-diski! Karozzti santwarju, ittini wens daqs posta rużarju.

Tal-Bolt jaqlagħni minn ġewwa / fik il-ħlewwa / kif iħassarli demmi / int tfakkarni rrid inħobb u nkun fil-verità mhux ngħix gidba / il-qaħbeċ il-Mercedes x’rikba!
Maħrub tat-taxi daqslikieku m’hemmx għada. Skoda mhux Lada / Jeep bit-turisti / m’hemmx Frisky, m’hemmx whiskey, tkunx grixti, irsisti biex titla’ minn isfel! / Inħares madwari; min jidħak, min jiżbel.

Fuq id-dashboard santa u sigaretti, nitfa’ s-CD tal-Violets u nsuq bl-autopilot, fej’ sejjer?
X’gost insuq u nisma’ d-diski! Karozzti santwarju, ittini wens daqs posta rużarju. Dejjem attenzjoni u kollox sew

Iqaċċat is-sub, il-pjanċi jitriegħdu.
It-Top of the World, iż-żgħażagħ jitniegħdu. Tini l-fond.
Il-Mustang u d-Dodge, Amerikanata.
Kif qlajtu l-horn wara x-xalata. Tini l-fond.
Is-sunroof tal-Porsche biex sidha jgawdi.
Baxxuti mal-art; Mercedes u Audi. Tini l-fond.
Ir-riħa ta’ smoke; Volkswagen bil-fjuri.
Il-Bedford J Type; niċċa bid-Duluri. Tini l-fond.

Tini V8 fuq il-Cosworth tal-Ingilterra, agħtini d-dritta fit-triq għax naqla’ gwerra, tini t-turbo fuq Glanza li jiftaħ wara elfejn, agħtini n-nitro Ħal Far imma fit-triq m’hemmx għalfejn. Tini pjanċa ppersonalizzata, agħtini carcade u ħallini naħraq horn wara x-xalata. ’Tin Vitz kollha sadid ħa taqa’ biċċiet, ħa taqa’ biċċiet, m’hemmx inkwiet!

Fuq id-dashboard santa u sigaretti, nitfa’ s-CD tal-Violets u nsuq bl-autopilot, fej’ sejjer?
X’gost insuq u nisma’ d-diski! Karozzti santwarju, ittini wens daqs posta rużarju.

****************************

Veloċità tal-qalb

Dejjem trid taħseb fil-veloċità tal-qalb.
Dejjem trid taħseb fil-veloċità tal-qalb fit-talb.

Aħjar tajjeb milli ħażin. Dejjem aħjar tajjeb milli ħażin.
Ħażin tajjeb mhuwiex ħażin. Ġieli l-ħażin tajjeb mhuwiex ħażin.
Għażżien tajjeb mhuwiex ħażin. Ġieli għażżien tajjeb mhuwiex ħażin. Naf illi taf. Naf li taf li tough love.

Dejjem trid taħseb fil-veloċità tal-qalb.
Aħjar tajjeb milli ħażin. Dejjem aħjar tajjeb milli ħażin.
Dejjem trid taħseb fil-veloċità tal-qalb fit-talb.
Ħażin tajjeb mhuwiex ħażin. Ġieli l-ħażin tajjeb mhuwiex ħażin.

Farka żgħira għalik dinja tagħmel / żomm il-linja ħajja bejn il-qalb u l-fomm.

Naf illi taf, naf illi taf li tough love.

Ijja naf insejt! A holiday in the sun.

****************************

L-imfixklin (haw’ Kus) feat. Żdong Wesq (STT)

Kus ajjut qed nitlef il-fil, se niftaħ qalbi miegħek, rasi fuq spallejk immil.

Kus ikkalma, ħa l-lighter qabbad ħa tara fid-dalma, trakka ftit imbagħad erġa’ salpa.

Ta’ spiss jiġrili li nitħawwad. Minn mindu t-Tramuntana fuq il-boxxla nbidel kelli ndawwar.

Iddawwar kemm iddawwar l-aqwa li b’saħħtek mhux imħassar, mhux imnawwar.

Le minn daqshekk m’għandix xi ingerger, armajn erbgħin u għadni nferfer. Sieħbi tax-xogħol jgħidli li baħnan, li aljenat, li mhux ankrat, li wisq ferħan, li ħsiebi fil-frugħa, nehda bil-bluha, qisni ġifen bla kaptan. Dun Karm għallimna; jiswa biss li jkollok qalbek f’postha. Id-dinja tgħallmek: l-importanti ġid ikollok bosta. Jimpurtani biss li nkun fil-verità; m’għadux żmien il-”mhux xorta”. In-natura tiġbidni f’direzzjoni, ma nafx, moħħi u qalbi maqsuma. ’Qas fuckin’ temmen qisha nasba ppjanata għalija maħsuba. Xi drabi naħseb li fhimt kollox, ħajti slalom qisha s-sax ta’ Coltrane… l-iċken intopp narbula, ninduna li assolutament ma fhimt xejn.

L-imfixklin, l-imtajrin, b’qalb tad-deheb bħal tal-Bambin. Nibqgħu żgħar, ma nikbrux, ħwejjeġ kbar ma nippretendux. Sold taħt rasna m’għandniex. Bil-mużika għamilna buqxiex. U ’l min tafu tistaqsix għalih!

In-nies jagħrfuh għax jafuh imma insuh! Ruħu għajiet, qalbu maqsuma, moħħu mifqugħ!
Li kien kien, li sar sar, insib ruħi waħdi d-dar neħli l-ħin niċċassa lejn l-ixkaffar. Insieha għax spiċċajt tħassart qisek lumija. Menefregiżmu jew qlubija? Ritratti, tpinġija.
Qlajt daqqa ta’ karozza, tirt minn fuq il-mutur, mill-wheelchair għall-krozzi tmintax-il jum. Ma stajtx niġi fuq saqajja, fil-whiskey sibt il-faraġ. Għamilt xebgħa pudini u frejjeġ. Ma tafx, bla skop, u ħadd ’isu ma beda jifhimni ħlief itini pirmli fuq pirmli, pirmli fuq pirmli.

Kus klixè imma d-deheb jindaf fin-nar, ma tgawdix ħelu jekk ma tkunx doqt l-imrar.

Vera imm’ issa l-maltemp għadda u ilu, ix-xemx ġabitni f’posti Kus mela erħilu!

Ipprova immedita, sib ħin għall-kwiet, tinqatax waħdek, iġri ġirja, aqra xi ktieb. Ibqa’ obżoq ir-rap qishek qed tobżoq il-katarru, mewweġ, tmewweġ, inħass, ħoss, trabbix kallu.

Mela Kus! Issa li ġejt fuq saqajja, id-divina għall-ħajja l-għatx reġgħet tatni, ingawdi kull mument li l-ħajja fdatli, u grazzi lil familti u kull min baqa’ f’ħajti!

L-imfixklin, l-imtajrin, b’qalb tad-deheb bħal tal-Bambin. Nibqgħu żgħar, ma nikbrux, ħwejjeġ kbar ma nipretendux. Sold taħt rasna m’għandniex. Bil-mużika għamilna buqxiex. U ’’ min tafu tistaqsix għalih!

****************************

Ħlewwa vjolenza (feat. Antonio Tufigno)

Ma nafx xi rrid insib, ma nafx xi il-lostra qed infittex.
Fit-triq, fiż-żlieq, ħsiebek f’moħħi, f’widinti jtextex.
Jaqilbu l-lights, il-kafeina qed tikkarga fid-demm.
Mitluf ingemgem, ħsieb illi jtemtem, inħoss qilla ma’ dahri taqlagħni tvenven.
Taħkimni fewġa ta’ rabja, nidgħi minn qalbi, nirrejżja l-magna.
Infur b’mibegħda, bi ħdura, bhima di natura.

Mhux ta’ b’xejn għandna ħafna vjolenza, dina storja tremenda!
Mhux ta’ b’xejn għandna ħafna vjolenza, dina storja immensa!

Nugrufun imqaddes, dulur, duħħan aħħari.
Dix-xbieha antika ħafna għadha tħares lejn ix-xagħri.
Sitt elef penitenza, apostrofu, sentenza.
Is-swied tielgħa minn qalbi u mhux noffri reżistenza.

Orqod sielem f’dil-medda peprin
Ħelu żiżi ħaddejk bellusin
Il-kozz t’għonqok kolonna fl-irħam
Jgħaddi d-dawl

Noqgħod ftit fil-kċina ta; jeħtieġ illi nitrejjaq.
Misħun ta’ ħsibijieti ma’ kuċċarina dwejjaq.
Nitmiegħek u nitkaxkar, feriti lesti għar-riħ.
Kemm tagħti kunfidenza t-tisripa tal-uġigħ!

Nugrufun imqaddes, dulur, duħħan aħħari.
Dix-xbieha antika ħafna għadha tħares lejn ix-xagħri.
Sitt elef penitenza, apostrofu, sentenza.
Is-swied tiela’ minn qalbi u mhux noffri reżistenza.

Torqod sielem f’dil-medda peprin
Ħelu żiżi ħaddejk bellusin
Il-kozz t’għonqok meravilja tpaxxik
Dritt bħal xemgħa f’kolonna skolpit

L-arja kiesħa li l-firda ġġib
F’din in-nixfa in-nida tisqik
Mewġa tofrogħ
Mewġa timla

Qatt u qatt f’qalbek tbejjet
Erħi, ħfief, ibqa’ sejjer.

****************************

Nagħmel li ma rridx

Nagħmel li ma rridx
Se jkolli nagħmel dak li ma rridx
Ħares lejja nkun straight
Daqshekk tidwir għaliex issa għajejt

Iniex nagħmel sewwa?
Iniex nagħmel sewwa?
Għandi moħħi mċajpar illum.

Qed nagħmel li rrid.
Qed nagħmel dak li ma rridx.