Kaċċatur

Pia Pia Pia Sande
Pi ja pi ja pi Sande

Sibni fis-sħab, sibni fit-triq
Sabiħ li jkollok kenn għal ftit mistrieħ

Tiġik melodija (ija)
Bniedem jitbissimlek (ija)
Il-kafè ta’ filgħodu (ija)
Tal-ħut jgħidlek bonġu (ija)
Mutur u arja friska (ija)
Issuq fi triq vojta (ija)
F’Tal-Balal qawsalla (ija)
Ix-xogħol u xalata (ija)

Sibni fis-sħab, sibni fit-triq
Sabiħ li jkollok kenn għal ftit mistrieħ

It-tokki tal-qniepen (ija)
In-nuqqas ta’ biża’ (ija)
Il-kalma tal-lejla (ija)
Il-qamar fis-sema (ija)
Twettaq ħaġa tajba (ija)
Il-pizza biċ-cheddar (ija)
Te b’tal-bott, waħda zokkor

Kaċċatur! Kaċċatur!
Attent mhux aljenat!
Kaċċatur! Kaċċatur!
Żomm senter ikkargat!
Kaċċatur! Kaċċatur!
Attent fej’ titfa’ riġlejk!
Kaċċatur! Kaċċatur!
Miftuħa żomm għajnejk!

Għax feġġet gallina (ija)
F’sema qed iżernaq (ija)
Qagħdet summiena (ija)
U l-kelb qed jipponta (ija)
L-alwett għadda f’teftifa (ija)
Waħda minnhom nixxiftha (ija)
Ġiet pluviera kandila (ija)
Tajtha tir u żammejtha (ija)

Qed nikkraxxja!
Qed nikkraxxja!
Qed nikkraxxja!
Qed nikkraxxja!
Tlift ir-rafa’!
Tlift ir-rafa’!
Tlift ir-rafa’!
Tlift ir-rafa’!

Pia Pia Pia Sande
Pi ja pi ja pi Sande

****************************

Lura d-dar

U meta jaqa’ ċ-ċpar
il-kaċċatur jerħilha għad-dar
Mhux tant diżappuntat
l-aqwa li mar

Xita nieżla sabiħ
u xi kultant buffura riħ
Wens mill-cooker tal-gass
jaqbdu n-ngħas

Dil-kalma merħba biha
tlaqt mimli ġenn ġejt bis-sliem
M’hemm ħtieġa għal xejn aktar
tlaqt mimli ġenn ġejt bis-sliem
Orqod m’hemm ebda gwerra x’tiġġieled
u jbennuk il-mamà u l-papà

Il-qalb tobżoq in-nar
Lava li tiġri fil-vini
tbaqbaq u l-ħajja tfur

****************************

PERELEJŻER PERELEJŻER

Sib u poġġi s-sens anke jekk taħseb li ma hemmx
Għandek dmir li tagħmel dan!

****************************

Dejjem qatt ma jkun dejjem

Majestuż, sur, ħajbur
Fl-arja elettriku
Il-franka maħruqa bix-xemx
Dan is-sajf li donnu ma jridx jintemm
Kliem fieragħ mgħobbi bix-xejn
Għax dejjem qatt ma jkun dejjem

Mhux narak; naf min int
Żgassajt fuqi l-bieb
Int ġejt maħkuma minn dawl
Velu fin fuq ġismek; ħkimtni b’dal-ġmiel
Did-darba fommi mitbuq

Għax dejjem ma jfissirx dejjem
U dejjem qatt ma jkun dejjem

****************************

Kollox jgħaddi!

Kemm hi xi ħaġa ta’ wens u mill-iktar bis-sens
li mmutu u nitwieldu, xejn qatt ma jibqa’ l-istess
L-għawġ, l-inkwiet, il-gost u is-sliem
għandhom ħinhom magħdud
Jekk ġie l-ferħ ifraħ, ibki fl-ikrah
u idħak sa ma tkun se tmut

Meta f’sitwazzjoni mwaħħal di’ żomm f’moħħok –
stabar tikka, ippersisti għax jgħaddi kollox

Kollox jgħaddi
bis-sewwa jew bid-dnewwa
Kollox jgħaddi!

Issa li nofs ħajti għaddiet
jew aktar minn nofs u ma nafx
Għadni nkun ta’ spiss assenti
minn titjib mhux interessat

Irrid inħallas wiski, inkun ġentili
inħoss li l-imħabba biss tiswa
Ngħix daqslikieku llum tal-aħħar
nagħmel dak kollu li nista’

Kollox jgħaddi
bis-sewwa jew bid-dnewwa
Kollox jgħaddi!

Kollox jgħaddi
bit-tajjeb u l-ħażin
għall-ixxurtjat u għall-miskin
għall-fqir u għas-sinjur
għall-azzettat u għall-miġnun
kollox jgħaddi!

Kollox jgħaddi
bit-tajjeb u l-ħażin
għall-kriminali u l-imħallfin
għall-marid u għat-tabib
għall-kaċċatur u għas-sajjied
għall-ministru u l-ambjentalist
għall-vandalu u l-artist
kollox jgħaddi!

Kollox jgħaddi
bit-tajjeb u l-ħażin
għall-ikrah u għas-sabiħ
għall-oħxon u l-irqiq
għall-kwiet u l-istorbjuż
u anke għall-kelb u għall-qattus
għall-baħri u għall-kaptan
għall-għaref u l-baħnan
għall-attur u għall-awtur
għall-passiġġier u l-kunduttur
għal tal-qiegħ u tal-quċċata
għal ta’ ħdejja u tal-faċċata
għadda għal Mintoff u għal Mizzi Nerik
(se) jgħaddi għalija u anke għalik
Għal kulħadd jgħaddi!!!
Kollox jgħaddi!

****************************

Mejjet bħall-ballottra

Qisni mejjet
arani qisni mejjet
arani qisni mejjet
arani qisni mejjet
jiena mejjet bħall-ballottra
jien mejjet bħall-ballottra

Arani qisni mejjet
arani qisni mejjet
jiena mejjet bħall-ballottra
mejjet bħall-ballottra

Qed tarani qisni mejjet?
Tarani qisni mejjet?
Mejjet bħall-ballottra
mejjet bħall-ballottra?

Intamat, pastizz,
għoxx miblul
niswa daqs traba
u qatt mibdul
Noħroġ mill-linji tal-pitazz
ma nżommx dritt
għamilt xenata
sa ma ħadt dak li ridt

Nagħżel il-mewt/nagħżel il-ħajja
nagħżel il-mewt
nagħżel il-ħajja
Xi drabi il-mewt
xi drabi l-ħajja

Nagħżel il-mewt/nagħżel il-ħajja
Xi drabi l-mewt
xi drabi l-ħajja
Drabi l-ħajja
drabi l-mewt

Tarani qisni mejjet?
Tarani qisni mejjet?
Mejjet bħall-ballottra?
Mejjet bħall-ballottra

Niġġudika lin-nies, xi ż-żobb inkun?
Nagħmilha ma’ nies agħar biex inħossni aħjar
Lin-nies aħjar naħrabhom bħal Jannar u l-ksieħ
imbagħad noqgħod id-dar niffanga u nġerrih

Mhux kurnut u mhux kuntent
tqil u mhux ilvent
Inkaxkar saqajja bla ħeġġa
perikoluż daqs qaws bla vleġġa
Il-pompa tal-ilma bla pressa
Lil min ninforma li ħajti lesta?

Qed tarani missier?
Minn sidri maqtugħ
Qed tarani missier?
Minn sidri maqtugħ
kull nifs ħadtu dejn

Arani qisni mejjet
arani qisni mejjet
jiena mejjet bħall-ballottra
jien mejjet bħall-ballottra

Qed tarani missier?
Minn sidri maqtugħ
Qed tarani missier?
Minn sidri maqtugħ
kull nifs ħadtu dejn

Xi drabi qed nagħżel il-mewt/xi drabi l-ħajja

****************************

Taħt siġra

Intasab taħt dis-siġra
u isma’ x’ser jintqal
Għanja kollha ħrara
kantata minn espert fl-ingann
Xkana l-ġenn ’il barra
anke x-xemx qed tnin
Trażżan, ċedi l-armi
sikket l-iżveljarin

Ommi ma!
Kollox assurd imma kollox jagħmel sens
Ommi ma!
Missieri pa, raġel beżgħan jixtieq ftit wens
Missieri pa

Lulju xahar l-imħabba,
int taf mhux se jintemm
Frar umli, b’qalbu kbira
tkun xipli jtik id-demm
Żiemel, żiemel abjad,
mogħni b’saħħa u ġmiel
Daka huwa inti
inti u mhux jien

Ommi ma!
Kollox assurd imma kollox jagħmel sens
Ommi ma!
Missieri pa, raġel beżgħan jixtieq ftit wens
Missieri pa

Sibni taħt dis-siġra
riesaq lejn it-tmiem
Quddiemi fondoq iswed
madwari n-nirien

****************************

Inżommok

Qisha ħolma
Qisha ħolma
Qisha ħolma l-qawsalla, l-orgażmu
tferfira ta’ ġwienaħ

Inżommok
Inżommok
Inżommok fil-qalb ta’ qalbi
fil-minfaħ ta’ ruħi

Nemmen illi ħadd ma jaħti –
imħabba għal kull wieħed

Lejl jiddi, nhar jikwi
vojt jidwi, jien mitfi
m’hemm ebda feddej
jifdini, jifdini
Il-baned fl-imsieraħ, l-iwrieżaq
is-sriedak qed jgħajtu għalxejn
Imlieni, imlieni, imlieni
b’li jkun

Qisha ħolma
Inżommok
Inżommok muftieħ tal-għamara fej’ ħbejt ’il xenqieti

Nemmen illi ħadd ma jaħti –
imħabba għal kull wieħed

****************************

Xenqiet tropikali

Sib tip ta’ tifsira
li l-ispirtu terfa’ ftit

Ġo dil-belt il-vera mħabba
inisslu xenqa l-bruka u ż-żiffa tar-riħ
u l-almeridja folta
Sadid u trab u qxur tad-dulliegħ

Sib tip ta’ tifsira
li l-ispirtu terfa’ ftit
Sib tip ta’ tifsira
illi tagħmel sens għalik

Ġo dil-belt il-vera mħabba
inisslu xenqa l-bruka u ż-żiffa tar-riħ
u l-almeridja folta
Sadid u trab u qxur tad-dulliegħ

Sib tip ta’ tifsira
li l-ispirtu terfa’ ftit
Sib tip ta’ tifsira
illi tagħmel sens għalik

Endapparam*

Benjamina
li tħaddar it-triq
li tħaddar it-triq
li tħaddar it-triq
Ja Benjamina

Sib tip ta’ tifsira terfgħak ftit
PERELEJŻER PERELEJŻER
PERELEJŻER PERELEJŻER

(*Traduzzjoni: tamal bil-Malajalam)